Minn 16-il ħaġa Malta għamlet 1 biss – Omtzigt

Ir-Rapporteur dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia qal li minn madwar 16-il ħaġa li kellha tagħmel Malta, waħda minnhom biss saret.

Ir-rapporteur għall-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju tal-ġurnalista Pieter Omtzigt elenka għadd ta’ affarijiet li Malta kellha timplimenta. Dan abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa.

L-affarijiet li kellha tagħmel Malta li ma sarux:

  • Il-pubblikazzjoni sħiħa tar-Rapport dwar Egrant
  • Riforma fil-ħatriet tal-ġudikatura
  • Tisħiħ fis-saħħa tal-President
  • Tisħiħ tal-Parlament
  • Tnaqqis fis-saħħa tal-Prim Ministru
  • Pubblikazzjoni tar-road-map tar-riformi
  • Konsultazzjoni dwar il-proposti tal-Kummissjoni Venezja
  • Implimentazzjoni tal-proposti tal-GRECO
  • Investigazzjoni dwar skandli ta’ korruzzjoni
  • Investigazzjoni dwar 17 Black
  • Investigazzjoni dwar il-flus li għaddew bejn Keith Schembri u Adrian Hillman
  • Investigazzjoni dwar allegat tixħim minn Keith Schembri
  • Investigazzjoni dwar il-Panama Papers
  • Investigazzjoni dwar il-Vitals
  • Progress fil-proċeduri kriminali kontra t-tliet persuni akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia

Affarijiet li kellha tagħmel Malta li ma għamlitx sew:

  • Ħolqien ta’ uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku

Affarijiet li kellha tagħmel Malta li għamlet:

  • Il-waqfien ta’ inkjesta indipendeti dwar l-assassinju ta’ Caruana Galizia

F’Ottubru r-rapporteur għall-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia staqsa għalfejn ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat (il-Koħħu) u l-Gvern Malti. Muscat qed jiġi akkużat li qatel lil Caruana Galizia flimkien ma’ żewġt irġiel oħra.

Assassinju Daphne: Għaliex ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat u l-Gvern? – Omtzigt