Minn 15 għal 10: il-massimu ta’ grupp fil-pubbliku

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-6
Miguela Xuereb

Read in English.

Minn għada l-Ħamis l-ewwel t’Ottubru, il-Gvern se jdaħħal fis-seħħ regola ġdida li permezz tagħha se tnaqqas l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi minn 15-il persuna għal 10 persuni.

Dan ifisser li fi spazji  pubbliċi,  gruppi  ta’  aktar  minn  10 persuni għandhom ikunu projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali bejniethom.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan fi stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fejn qal li din hija “miżura restrittiva ġdida”.

Intqal li din il-miżura se tidħol fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta’ COVID-19.

Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.

Inti taqbel li jiżdiedu l-miżuri restrittivi?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt