Minkejja l-problemi kollha bil-mutur, Simon u Franklyn jikkwalifikaw

Żewġ sewwieqa Maltin tal-muturi kkwalifikaw fit-tielet post fl-ewwel rawnd tal-kampjonat Ewropew tal-FIM li qed isir l-Ungerija.
Wara xi diffikultajiet, u saħansitra tilfu l-ewwel jum tat-tlielaq, Simon Giordmaina u Franklyn Borg irkupraw billi rebħu 3 tiġrijiet. Il-pass li jmiss, issa hu li jikkompetu ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra fejn se jintlaħaq il-qofol tal-kompetizzjoni.
Dan kollu seħħ grazzi għall-perseveranza tat-tim li għalkemm kien hemm kumplikazzjonijiet sakemm wasal il-mutur fl-Ungerija, issieltu sabiex jiksbu riżultat.
Il-Kampjonat tal-muturi flimkien ma dawk tal-karozzi u d-drag racing se jsir bejn il-25 u t-28 ta’ Mejju.