Read in English.
Minkejja l-appelli li l-Pulizija għamlet sa minn kmieni dalgħodu dwar sewqan eċċessiv, diversi timijiet tal-Pulizija waqqfu total ta’ 64 sewwieq u nħarġitilhom multa.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li dawn il-multi nħarġu f’ħidma konġunta bejn it-Taqsimiet tal-Pulizija tat-Traffiku, tar-Rapid Intervention Unit u tas-Special Intervention Unit.
Il-kontrolli għas-sewqan eċċessiv saru fost l-oħrajn fi Triq il-Kosta, fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar u fil-Mellieħa. L-ogħla veloċità rreġistrata kienet ta’ 185 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 80 kilometru fis-siegħa fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija qalu li ħidmiet simili se jibqgħu jsiru waqt li jkompli x-xogħol ta’ infurzar minħabba ż-żamma tal-ordni għall-imxija tal-COVID-19.