Ministru tal-Finanzi ta’ reġjun Ġermaniż jinstab mejjet

Read in English.

Il-Ministru tal-Finanzi ta’ stat reġjonali fil-Ġermanja nstab mejjet f’każ li qed jitqies bħala suwiċidju. Thomas Schaefer instab mejjet viċin il-linji tal-ferrovija fi Frankfurt li jifforma parti mir-reġjun ta’ Hesse.

Il-Pulizija u l-investigaturi ma taw l-ebda informazzjoni dwar il-motiv tal-mewt tiegħu.

Huma qalu li waslu għall-konklużjoni li għamel suwiċidju wara li għamlu xogħol estensiv fuq ix-xena tar-reat, staqsew għadd ta’ xhieda u wara evalwazzjonijiet u investigazzjonijiet tekniċi u forensiċi.

Schaefer, li kellu 54 sena, kien fuq ta’ quddiem li jieħu post il-prim Ministru ta’ Hesse, Volker Houffier jekk dan ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni tal-2023.