Jien ma kontx parti mill-‘kitchen cabinet’ ta’ Muscat – Scicluna

Read in English.

Illum kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bix-xhieda tal-Ministru Edward Scicluna. Fost l-oħrajn u tkellem dwar dak li sejjaħlu ‘kitchen cabinet’. Qal li dan huwa l-grupp ta’ membri tal-kabinett li l-aktar kien jafda u jitkellem magħhom il-Prim Ministru Joseph Muscat.

X’inhuma l-punti ewlenin tas-smigħ tal-lum?

  • Semma li kien hemm dak li jgħidulu kitchen cabinet, qal li hu ma kienx parti minnu.
  • Jgħid li skont ma jaħseb hu, dan il-kitchen cabinet kien magħmul minn Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat.
  •  Sostna li kien hemm min isejjaħlu “Mr No” għax għandu idu iebsa.
  • Qal li hu qatt ma kien involut fit-tfassil u l-iffirmar tal-MOUs. Scicluna qal li l-istil tiegħu huwa differenti minn kif mexxa ħaddieħor.
  • Scicluna qal li l-maġġornaza tal-grupp parlamentari kienu qed jagħtu l-parir biex il-Prim Ministru jiddistanzja ruħu meta ħarġet tal-Panama Papers. 
  • “Nassigurakom li min-naħa tal-finanzi se naraw fejn hu dgħajjef u ntejbuh,” qal Scicluna.
12:50 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
12:43 Is-smigħ li jmiss se jsir nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu. Se jkun qed jixhed il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ċ-Chairman tal-Planning Authority.

Fil- 21 ta' Awwissu mbagħad jista' jixhed rappreżentant tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Superintendent Muscat u eks Kummissarju Lawrence Cutajar.
Nicole Borg
12:43 Is-smigħ tax-xhieda ta' Scicluna ġiet sospiża hawn.
Nicole Borg
12:40 Il-Bord wara li sema l-ispjegazzjoni ta' Comodini Cachia u dak li qal il-Ministri Scicluna ddikjara li m'għandux oġġezzjoni biex jiġu ppreżentati d-dokumenti dwar il-garanziji bankarji fejn jidħol dan il-ftehim. Dawn iridu jitpoġġew għad-diżpożizzjoni tal-bord.
Nicole Borg
12:32 Comodini Cachia talbet lill-bord biex il-Ministru jippreżenta għal files tal-Ministeru dwar il-ftehim u l-proġett. Sostniet li ma tistax tibqa' tistaqsi mistoqsijiet fl-għama u l-Ministru ma jafx x'għandu jwieġeb.
Nicole Borg
12:28 Scicluna qal li meta kien mitlub biex jiffirma l-garanzija bankarja, kienu qed isiru negozjati bejn il-partijiet kollha li naraw illi nissodisfaw ir-regoli finanzjarji tal-Gvern.
Nicole Borg
12:27 Fl-ogħti u l-implementazzjoni tal-kuntratt, il-Ministru għall-Finanzi ma kienx involut, sostna Scicluna.
Nicole Borg
12:22 Scicluna qal li la ltaqa' u lanqas ma jaf min kienu l-membri tal-Programme Review Bord.

Comodini Cachia qalet li skont il-minuti tat-12 ta' Ġunju 2013, il-bord qal li kellu jitkellem mal-Ministeru għall-Finanzi. Minuti miktuba wara qalu li kienu tkellmu mal-Ministeru.

Scicluna qal li hu kien daħal lejn l-aħħar imma s-Segretarju Parmanenti ma jidirlux li kien involut fil-proċess tal-għażla. Qal li dwar l-indikazzjonijiet finanzjarji kien jiġi infurmat.
Nicole Borg
12:15 Comodini Cachia staqsiet jekk il-Ministeru tal-Finanzi tax il-parir lil Projects Malta li l-RFP għandu jindika b'mod ċar li l-Gvern ikun qed jikkunsidra garanzija bankarji.

Scicluna qal li tal-garanziji bankarji ħarġet wara li l-ftehim kien imfassal, "wara li kollox kien mitmum". Qal li kien hemm erba' banek, inkluż wieħed Malti li kienu lesti li jagħtu l-loan li riedu garanzija.
Nicole Borg
12:14 Comodini Cachia staqsiet jekk apparti l-presentation, meta kien ippreżentat lilu l-proġett kif imfassal fid-dettal u min ippreżentah.

Scicluna qal li l-proġett qatt ma kien ippreżentat fid-dettall. Qal li d-dettall kien finanzjarju meta ntagħżel il-bidder. Qal li kienu jkunu biss infurmati fejn wasal il-proċess tal-għażla. Qal li t-tħassib tagħhom kien il-liability tal-Gvern.
Nicole Borg
12:13 Kien hemm konsulent inkliż preżenti li kien jifhem ħafna fl-enerġija, skont Scicluna.
Nicole Borg
12:09 Comodini Cachia staqsiet jekk hu kienx involut fit-tfassil tal-ftehim tal-Electrogas qabel l-elezzjoni tal-2013. Qal li hu ma kienx involut u li kien hemm ukoll negozjanti barranin. Qal li hu kien ra powerpoint presentation dwar dan qabel l-elezzjoni.
Nicole Borg
12:07 Scicluna qal li ma jafx min huma s-sidien veri tal-Vitals.
Nicole Borg
12:04 Scicluna qal li hu kien fil-Parlament Ewropew u jekk kienx Tonio Borg u John Dalli, qbiżt għalihom għax huma Maltin irrelevanti mill-kap politiku.
Nicole Borg
11:59 Scicluna qal li hu daħal għall-politika lokali biex jara li ssir il-bidla li hemm bżonn issir. Qal li hu ħass li l-ftit li qed jagħti qed jirrenja. Qal li hu ma kienx se jieħu suġġerimenti ta' riżenji b'mod ħafif.
Nicole Borg
11:57 Qal li mingħajr ma jidħol fl-iskapitu ta' dak li sar, Malta ffrankat miljuni kbar. Qal li dan ma jgħoddx imbagħad għall-metodu ta' kif dan sar.
Nicole Borg
11:53 "Taqbel mal-ġudizzju li kien ħażin li n-negozjar ta' proġetti maġġuri jkunu fdati f'idejn Projects Malta u mhux b'involviment tal-Ministeru għall-Finanzi?" staqsa Azzopardi.

Scicluna qal li kieku d-deċiżjonijiet kienu f'idejn il-Ministeru għall-Finanzi l-affarijiet kienu jsiru b'mod differenti.
Nicole Borg
11:52 Għalfejn wara l-2013, il-Gvern qabeż il-pariri tas-Segretarju Permanenti u l-Ministeru għall-Finanzi? staqsa Azzopardi.

"Għax il-Gvern ta' qabel ħoloq mekkaniżmu li seta' jsir dan," qal Scicluna.
Nicole Borg
11:50 Jistaqsi issa l-avukat Jason Azzopardi. "Qabel Marzu tal-2013, is-Segretarju Permanenti Alfred Camilleri kien l-iktar servjent ċivili importanti u b'saħħtu fil-Gvern. Taqbel?" staqsa Azzopardi.

Scicluna qal li iva u għadu.

Azzopardi staqsa lil Scicluna jekk jafx li Camilleri kien waqqaf lill-gvern milli jixtri l-Isptar St Philips. Scicluna qal li le.
Nicole Borg
11:46 Comodini Cachia staqsiet jekk hux possibbli li l-Ministru Scicluna jistax jgħaddi kopja tal-emails li bgħat jitlob lill-Projects Malta għall-informazzjoni.

Scicluna qal li kull ma se jaraw huma emails jitolbu għal informazzjoni. M'hemm xejn aktar. Qal li jista' jgħaddi dawn kompja tat-talbiet.
Nicole Borg
11:39 "Li nista' ngħid huwa li Konrad Mizzi ma kienx trasparenti fil-mod kif kien imexxi," qal Scicluna.
Nicole Borg
11:38 "Jien ma' Silvio Valletta qatt ma tkellimt. Mal-mara tiegħu qatt ma tkellimt fuq xi każi partikolari tal-FIAU," qal Scicluna.
Nicole Borg
11:37 Scicluna qal li l-bord tal-gvernaturi tal-FIAU ma jidħol fl-ebda każ li qed ikun investigat mill-FIAU. Qal li dik kienet l-informazzjoni li kellu.
Nicole Borg
11:36 "Meta ffirmajt għall-ħatra ta' Silvio Valletta inti kont taf li miżżewweġ membru tal-Kabinett?" Comodini Cachia. Scicluna qal li iva.
Nicole Borg
11:35 Comodini Cachia staqsiet jekk xi ħadd mill-persuni nominati kellux background fl-investigazzjonijiet tal-kriminalitajiet ekonomiċi. Scicluna qal li ma jiftakarx.
Nicole Borg
11:34 Comodini Cachia staqsiet dwar wieħed nominat li kien se jirtira.

Scicluna qal li kien infurmat miċ-Chief of Staff li dan kien se jirtira. Qal li ma kienx jaf meta eżatt kien se jirtira imma għax il-perjodu tal-ħatra tiegħu kienet taqbeż iż-żmien li kien għad fadallu biex jirtira.
Nicole Borg
11:32 Staqsiex jekk il-Bord jistax jeżenta lil Scicluna biex jgħid dawn it-tliet ismijiet.

Scicluna qal li jekk id-Data Commissioner jagħti permess li jgħaddihom mela hu lest li jagħmel dan.

Said Puliccino qal li din hija informazzjoni pubblika. Scicluna qal li mhux se jgħid l-ismijiet fil-pubbliku għax ma jistax.
Nicole Borg
11:27 Comodini Cachia staqsiet dwar l-FIAU. Qalet li l-liġi tagħmel proċedura ta' kif jinħatar il-Bord. Qalet li l-liġi titlob li jirċievi ismijiet mill-pulizija. Staqsiet jekk hu rċeviex tliet ismijiet u kif għamel l-għażla tiegħu.

Scicluna qal li x-xogħol tiegħu huwa li jagħżel wieħed minn tlieta. Normalment issib l-iktar wieħed "senior" minnhom it-tlieta. Qal li skont il-Kummissarju għad-Data ma jistax jgħaddi l-ismijiet ta' dawk li ma ntgħażlux għax dawn il-persuni lanqas huma ma kienu jafu li ġew nominati.
Nicole Borg
11:26 "Nassigurakom li min-naħa tal-finanzi se naraw fejn hu dgħajjef u ntejbuh," qal Scicluna.
Nicole Borg
11:25 Scicluna qal li hu se jħalli l-proċess ikompli, imbagħad ikun jista' jgħid jekk ġiex tradut jew le.

Scicluna qal li hemm regoli finanzjarji u baġitarji li hu dejjem ipproteġa u ħadem fuqhom.
Nicole Borg
11:22 Inti llum għadek temmen fl-integrità politika ta' Muscat, Mizzi u Schembri? – staqsiet Comodini Cachia.

Scicluna qal li hu ma jistax iwieġeb din il-mistoqsija għax kien hemm allegazzjonijiet li mbagħad kien ippruvat li mhux vera. Scicluna qal li fuqu wkoll kienet tingħata stampa ħażina meta jaf li hu kien nadif. Qal li abbażi ta' dan ma jistax jiġġudika dak li qed jingħad minħaddieħor qabel ma jkun ippruvat li vera.
Nicole Borg
11:21 Scicluna qal li hu m'għandux il-provi li juruh b'mod definit li l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Muscat, Mizzi eċċ huma kompletament veri.
Nicole Borg
11:16 L-Imħallef Emeritu Mallia qal li s-saga fil-pajjiż, Keith Schembri u Brian Tonna huma żewġ persuni li kienu l-bażi. Qal li dawn it-tnejn għandhom ir-risposti tal-affarijiet kollha li qed isiru fil-pajjiż.

Scicluna qal li hu kien wieħed minn dawk li f'kamra kienu għamlu pressjoni lil Schembri sabiex jirreżenja.
Nicole Borg
11:14 Qal li hu kien qed jistenna l-eżitu ta' min għandu l-kompitu li jinvestiga l-allegazzjonijiet.

Fejn tidħol l-investigazzjoni fl-FIAU, Scicluna qal li hu jitħasseb meta jara whistleblower jgħaddi d-dokumenti lil politiku. Qal li lill-FIAU hu qatt ma ndaħlilha u dejjem saħħaħha fejn seta'.
Nicole Borg
11:11 Comodini Cachia staqsiet kif fl-2016 Scicluna ħassu komdu jagħti parir lil Muscat, qalet li mbagħad fl-2018 meta ħarġu aktar allegazzjonijiet ma kienx ta parir. Staqsiet jekk ir-relazzjoni tiegħu ma' Muscat inbidlitx.

Scicluna qal li kienet bħal munita li fuq naħa tagħha kien sodisfatt ħafna bix-xogħol tiegħu u tal-Gvern. Qal li n-naħa l-oħra tal-munita kien hemm piż tqil. Sostna li hu ma kienx qed jaħdem kontra qalbu.
Nicole Borg
11:10 Scicluna qal li llum hawn iktar informazzjoni minn qabel. Qal li hemm allegazzjonijiet u suppożizzjonijiet.
Nicole Borg
11:07 Dwar l-allegazzjonijiet ta' flus li kienu se jgħaddu minn 17 Black lill-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi fil-Panama, Scicluna qal li hu ma kienx reġa' kellem lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Scicluna qal li dawn kienu kollha allegazzjonijiet li hu ma kellux evidenza soda f'idejh dwarhom.
Nicole Borg
11:04 Lofaro staqsiet dwar il-paga ta' Sai Mizzi. Scicluna qal li l-ftehimiet tat-tip, bħal dak maċ-Ċina kellhom isiru f'benefiċċju għall-pajjiż.

"Malta x'ħadet mill-impjieg li ħadet mart Konrad Mizzi?" staqsiet l-Imħallef Lofaro.

Scicluna qal li h kienet taħdem mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u hu ma kienx jista' jwieġeb. Qal li kull Ministeru huwa responsabbli għal dak li jaqa' taħtu.
Nicole Borg
11:01 Scicluna qal li hu interessat f'kollox, imma hemm ħafna affarijiet li fihom il-Ministeru mhux involut. Qal li l-uffiċjali tiegħu kienu involuti fis-sens li kienu jitolbu informazzjoni dwar Macbridge.

Lofaro staqsiet jekk kienx hemm allegazzjoni serja, il-Ministeru kienx jidħol fiha. Scicluna qal li li kieku sabu xi xamma ta' xi ħaġa kien jiġi mgħarraf. Qal li l-unika ħaġa ta' tħassib għalihom kien li l-ftehim ikun assigurat li kien sostenibbli.
Nicole Borg
10:57 Comodini Cachia qalet li Scicluna ta' rendikont ta' l-affarijiet li seħħew meta hu kien Ministru tal-Finanzi. Qalet li hemm ukoll allegazzjonijiet fil-midja bħal dak tal-iskandlu tal-Montenegro u ċ-Ċina Agreement. Staqsiet jekk il-Ministeru kienx involut.

Qal li l-Ministeru għall-Finanzi kien involut fil-ftehim maċ-Ċina minħabba x-xiri tal-ishma. Qal li l-Ministeru ma kienx involut fl-iskop tal-ftehim.

Comodini Cachia staqsietx jekk fil-Ministeru hemmx kopja tal-ftehim u jistax jippreżentah. Scicluna qal li jista' jara jekk dan id-dokument hux f'idejn il-Ministeru.
Nicole Borg
10:51 Scicluna qal li minbarra l-Panama leaks kien hemm ukoll l-iSwiss Leaks u oħrajn. Qal li hu kien talab għall-informazzjoni dwar dan.
Nicole Borg
10:48 Scicluna qal li l-Prim Ministru qal li d-deċiżjoni joħodha hu u mbagħad "sar li sar".
Nicole Borg
10:47 Scicluna qal li l-maġġornaza tal-grupp parlamentari kienu qed jagħtu l-parir biex il-Prim Ministru jiddistanzja ruħu meta ħarġet tal-Panama Papers. Qal li jiftakar ċar li tkellem fil-Grupp Parlamentari. Qal li ma jiftakarx kif qamet fil-Kabinett.
Nicole Borg
10:41 Scicluna qal li hu kien tkellem dwar id-diżappunt tiegħu dwar kif intużaw il-fondi pubbliċi.

Comodini Cachia staqsiet jekk min-naħa tiegħu ħassx il-bżonn li ssir due diligence aktar retta fuq proġetti. Scicluna sostna li jekk hawn affarijiet kriminali hemm istituzzjonijiet oħrajn li jaraw dan. "Aħna m'aħniex pulizija," qal Scicluna.
Nicole Borg
10:39 L-Imħallef Emeirtu Mallia staqsa kif jista' jkun ma rax negozjanti. Qal assigura li fil-flus li jonfoq il-Gvern dejjem se ssib negozjanti li se jippruvaw jinfluwenzaw u jagħmlu lobbying.

Sostna li kull kuntratt għandek il-politiku li mhux korrett u n-negozjant li mhux korrett. Qal li hu jara dawn ir-relazzjonijiet kuljum. Qal li llum rajna t-twaqqif tal-fast ferry service. Qal li ġieli negozjant jgħalaq ħalqu u ġieli le.
Nicole Borg
10:36 Comodini Cachia staqsiet li minkejja l-allegazzjonijiet dwar il-membri tal-kitchen cabinet, hu ma avviċinahomx. Scicluna qal li fil-każ tal-Panama Papers hu tkellem mal-Prim Ministru u kien tah il-parir biex iżomm 'il bogħod minnhom.
Nicole Borg
10:32 Kif iffirmajt garanzija bankarja fuq proġett li inti kont inkwetat dwaru? – Comodini Cachia.

Qal li l-garanzija kienet iffirmata biex is-self ikun iktar baxx. Qal li huma raw li l-metodu jkun skont il-liġi Ewropea.
Nicole Borg
10:30 Dwar jekk kinux ingħataw dokumentazzjoni fuq il-proġett tal-Electrogas, il-Ministru Scicluna qal li hu kien biss tkellem dwar il-garanzija biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jissellfu mill-banek.

Comodini Cachia staqsietx għandhiex tifhem li l-Ministeru tal-Finanzi kien involut biss wara li kollox kien moħmi u għax ġew fi bżonn li jkun hemm garanzija tal-Gvern. Il-Ministru kkonferma dan.
Nicole Borg
10:27 Qal li hemm allegazzjonijiet li għadhom qed jiġu investigati u ma jridx jasal għal konklużjoni.

Qal li ma jirriżultax li l-proġetti kienu parti mid-diskussjonijiet tal-Kabinett.
Nicole Borg
10:24 Il-proġett tal-AUM min għamilha d-due diligence il-Ministru Bartolo? – Comodini Cachia. Scicluna Jwieġeb iva.

Qal li l-proġett ta' Electrogas kien taħt Projects Malta. Lofaro kkjarifikat li dan jiġifieri li kien taħt il-Ministru Mizzi.
Nicole Borg
10:22 Qal li hu qatt ma kien involut fit-tfassil u l-iffirmar tal-MOUs. Scicluna qal li l-istil tiegħu huwa differenti minn kif mexxa ħaddieħor.

Qal li l-firma tiegħu kienet biss li tingħata l-garanzija għal bridge loan għax il-Ministeru ma kienx tkellem dwar dan qabel.
Nicole Borg
10:19 Scicluna qal li l-MOU li qed jissemma, hu ma jafx bih, qatt ma ġie għall-attenzjoni tiegħu u lanqas tal-Ministeru.
Nicole Borg
10:17 Comodini Cachia staqsiet liema proġetti kienet qed tmexxi Projects Malta. Scicluna qal li kien hemm ħafna mill-proġetti kienu public knowledge.
Nicole Borg
10:16 Scicluna qal li eventwalment l-informazzjoni kienet tiġi "imma taqla' fwiedek". Qal li kienet titmexxa mill-Ministru Konrad Mizzi.
Nicole Borg
10:14 Comodini Cachia staqsiet jekk rax relazzjonijiet tal-kitchen cabinett man-negozji. Hu qal li ma jafx.

Staqsiet dwar liema proġetti ta' Projects Malta qed jirreferi għalihom. Qal li l-problema kienet li l-Ministeru ma kienx qed jirċievi l-informazzjoni dwar il-proġetti. Qal li Project Malta ma kinitx trasparenti. Qal li kienet xi ħaġa li kienu qed jesperjenzaw ta' spiss.
Nicole Borg
10:11 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet dwar il-kitchen cabinet u staqsiet jekk dan kienx imexxi lil Projects Malta.

Scicluna qal li ma jafx fi x'ħin kien jiltaqa'. Qal li jkun hemm grupp ta' nies fejn il-Prim MInistru jkun iktar intimu magħhom u jisma' aktar il-pariri tagħhom. Qal li hu ma kienx fih. Qal li fit-tieni sena tiegħu hu kien intalab jekk hux interessat ikun nominat bħala President tal-Kummissjoni Ewropea u rrifjuta.
Nicole Borg
10:10 Scicluna qal li fil-kuntratti tal-Gvern kuljum hemm xi każ bħal xi ħaġa minn fejn ġiet, jew kif sar direct order.
Nicole Borg
10:07 Insista li l-Ministeru qatt ma kien jalloka flus jekk ma jkunx hemm diskussjoni fil-Kabinett jew jekk kienx parti mill-baġit. Qal li kwalunkwe ħaġa trid tiġi approvata mill-Kabinett.
Nicole Borg
10:06 L-Imħallef Mallia qal li ġieli kien hemm informazzjoni li ħarġet mill-midja. Staqsa jekk hu kienx jistaqsi kif il-midja taf u l-Kabinett le.

Scicluna qal li hu kien jitkellem. Sostna li kien hemm min isejjaħlu "Mr No" għax għandu idu iebsa.
Nicole Borg
10:05 L-Imħallef Mallia staqsa jekk proġetti u MOUs ikunux diskussi fil-Kabinett.

Scicluna qal li ġieli iva u ġieli le. Qal li jista' jagħti l-każ li MOU ma tkunx fuq l-aġenda u ma jkunx hemm dokument għall-Kabinett.
Nicole Borg
10:04 L-Imħallef Mallia qal li kien hemm skandlu u sitwazzjoni serja wara l-oħra.

Scicluna qal li l-Ministeru mhux involut fl-ebda proġett. Qal li kull ma jagħmel huwa li jgħaddi l-flus lill-Ministeru. Qal li l-Ministeru għall-Finanzi ma jistax jidħol biex jimplementa l-MOU.
Nicole Borg
10:02 Scicluna qal li l-Ministeru mhux Pulizija. L-Imħallef Lofaro qalet li minkejja li mhux Pulizija, huma responsabbli. Insistiet li jekk tittieħed deċiżjoni kollettiva, kull Ministru huwa responsabbli.
Nicole Borg
09:59 Scicluna qal li jekk ikun hemm każ, hemm xi ħaġa li hemm bżonn tiġi indirizzata. Qal li dawk li jkunu taħt Schedule 3, bħal Infrastructure Malta, jrid ikun hemm mod kif dawn jirrealizzaw li ma jistgħux ma jikkonsultawx mal-Ministeru għall-Finanzi.
Nicole Borg
09:58 Scicluna sostna li mill-2013 s'issa raw kif l-Att tal-Immaniġġjar għall-Finanzjar Pubbliku jinkludi wkoll aġġornamenti skont iż-żmien. Scicluna qal li jekk ikun hemm frodi, dawn huma każijie tli jisperaw li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jmexxu kontra dawk li jagħmluhom.
Nicole Borg
09:57 Qal li fl-2018 issottomettew lill-Ministeru tal-Finanzi għal test tal-IMF li jara t-trasparenza fejn jidħlu l-finanzi. Qal li kien ħareġ li r-riżultat kien wieħed pożittiv.
Nicole Borg
09:56 Spjega li l-Gvern m'għandux accountant kwalifikat f'kull Ministeru. Qal li din hija xi ħaġa li qed jaħdmu fuqha biex jirranġaw l-amministrazzjoni tal-Ministeri.
Nicole Borg
09:54 Scicluna qal li l-Ministeru kien jitlob għad-due diligence għal kull proġett fejn qed jintefqu l-fondi tal-Gvern.
Nicole Borg
09:53 Semma kif qabel la kien ikun hemm rapport finanzjarju u xejn. Qal li issa hemm Kunsill Fiskali li joħroġ l-opinjonijiet tiegħu.
Nicole Borg
09:52 Scicluna qal li l-Ministeru tal-Finanzi responsabbli għal 'il fuq minn €5,200 miljun fis-sena. Qal li x-xogħol tagħhom huwa li jaraw li s-sistema tkun "in place". Qal li hu daħal fil-politika biex jagħmel il-ġid u jġib bidla u qal li jista' jgħid li għamel suċċess.
Nicole Borg
09:50 Comodini Cachia qalet li fil-politika, min ikun involut, jinduna min hu dan l-inner core, u Scicluna għandu jgħid x'kien jaħseb.

Semma kif Schembri u Muscat kienu viċin ħafna, qal li fejn jidħlu l-isptarijiet kien hemm Konrad Mizzi, qal li l-oħrajn ma setax jikkonkludi li kienu parti mit-tim ta' ġewwa.
Nicole Borg
09:49 Semma li kien hemm dak li jgħidulu kitchen cabinet, qal li hu ma kienx parti minnu. Qal li din hija opinjoni tiegħu, u jara ċertu Ministru viċin.

Mistoqsi jsemmi min kien parti minn dan iċ-ċirku ta' ġewwa. Scicluna qal li hu ma kienx iħossu parti minn dan iċ-ċirku imma ma jridx isemmi ismijiet għax din hija opinjoni tiegħu.
Nicole Borg
09:48 Scicluna tkellem dwar kif Schembri u Muscat kienu jaħdmu bħala tim. Qal li Schembri kellu relazzjoni tajba ma' kulħadd. Qal li meta jgħid teamwork qed jitkellem bħala Gvern.
Nicole Borg
09:45 Il-Ministru qal li hu Marzu tal-2013 s'issa dejjem kien jieħu ħsieb il-finanzi tal-Gvern. Hu qal li lil Keith Schembri dejjem kien jafu f'Kastilja bħala Chief of Staff.
Nicole Borg
09:44 Jintalab jidħol fl-awla l-Ministru Edward Scicluna.
Nicole Borg
09:42 Comodini Cachia semmiet kif fix-xhieda tiegħu Matthew Caruana Galizia kien tkellem dwar leak ta' dokumenti tal-Electrogas. Qalet li jkun tajjeb li parti minn dawn id-dokumenti jkunu ppreżentati fil-Qorti lill-Bord tal-Inkjesta.
Nicole Borg
09:40 L-avukat Therese Comodini Cachia tippreżenta dokumenti dwar mistoqsijiet li għandha rigward l-Eelctrogas. Qalet li l-bord għandu jara r-rapport tal-NAO fuq l-Electrogas. Qalet li jkun importanti wkoll id-dokumentazzjoni li l-NAO ġabru biex għamlu r-rapport.

Comodini Cachia qalet li l-NAO għadhom għaddejjin bl-audit. Issuġġeriet li wara x-xhieda ta' Scicluna jittella jixhed il-Qorti xi ħadd mill-NAO.
Nicole Borg
09:39 Jidħol fl-awla l-Bord ta' Inkjesta.
Nicole Borg
09:35 Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Nicole Borg
09:25 Il-ġurnalista jitħallew jidħlu fl-awla. Preżenti wkoll hawn ulied il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u oħtha.
Nicole Borg
09:19 Is-smigħ tax-xhieda tal-Ministru Scicluna mistennija tibda għall-ħabta tad-9.30am.
Nicole Borg
09:08 Il-ġurnalisti bħalissa qed jinġabru barra awla numru 20.
Amy Borg
09:07 Illum tkompli l-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Amy Borg
09:07 L-għodwa t-tajba.
Amy Borg

Fl-aħħar smigħ xehed l-MEP David Casa fejn qal li huwa kien ġie mhedded mill-avukati taċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Keith Schembri meta ppreżenta rapport li sar mill-FIAU fuq 17 Black. Qal li t-theddid sar permezz ta’ ittra indirizzata lilu direttament.

Xi spikka mix-xhieda ta’ David Casa?

  • Meta kien preżenta rapport li sar mill-FIAU, ġie mhedded mill-avukati ta’ Keith Schembri.
  • Casa jgħid li ma ħassux sigur, lanqas barra minn Malta.
  • Il-Kummissarju tal-Pulizija offrielu li jagħlaq l-Għassa tal-Gżira biex jipprovdih bil-protezzjoni ta’ uffiċjali tal-pulizija.
  • Casa qal li m’għandux provi ta’ ħlasijiet li saru bejn il-Partit Nazzjonalista u Yorgen Fenech biex hu ma jerġax jitla’ bħala Membru Parlamentari Ewropew fl-elezzjoni tal-2019, imma jaf li b’xogħlu kien qed idejjaq lil Fenech.
  • Casa jispjega li ngħata r-rapport mingħand uffiċjali fl-FIAU li ħassew li l-Pulizija ma kinitx qed tinvestiga kif missha tinvestiga fir-rigward tal-ħasil tal-flus u tal-Bank Pilatus.  
  • L-MEP qal li l-Gvern Malti sikwit xekklu milli jagħmel xogħlu, billi ddeskrivieh bħala traditur.
  • Ma jemminx lil Ian Abdilla li l-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda ma kkoperawx mal-awtoritajiet Maltin peress li l-Ambaxxatur infurmah li l-Emirati Għarab Magħquda jridu jikkoperaw għax ma jridux jidhru li huma involuti fil-qtil ta’ ġurnalista Ewropea.

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.