Ministru Ażerbajġani jżur Malta, pajjiżu mitlub jiġi investigat fuq trasferimenti ta’ flus

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ażerbajġan Elmar Mammadyarov illum se jibda żjara ta’ tlett ijiem f’Malta, fejn mistenni jiltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella.
L-Ażerbajġan qed jiġi investigat minn Transparency International, l-ikbar grupp fid-dinja li jiġġieled il-korruzzjoni.
Fix-xhur li għaddew, Transparency International appella lill-Kunsill Ewropew biex jinvestiga l-allegati influwenzi mill-Ażerbajġan fuq istituzzjonijiet Ewropej.
Dan wara li analizza rapport maħruġ mill-Inizjattiva għall-Istabbiltà Ewropea (ESI) li jsemmi allegati trasferimenti ta’ somom kbar ta’ flus u favuri oħra mill-Ażerbajġan lil membri tal-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa (PACE), biex ma jkunx hemm voti kontrih dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem.