Minimu ta’ 100 intrapriża se jibbenefikaw mill-Jeremie Fund

Is-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg illum ħabbar li l-estensjoni tal-Jeremie Fund se tfisser €11-il miljun oħra għall-intrapriżi żgħar u medji.

B’din l-inizjattiva potenzjalment se jibbenefikaw minimu ta’ 100 intrapriża.

Waqt konferenza dwar l-evalwazzjoni tal-opportunitajiet għall-intrapriżi żgħar u medji matul il-programm finanzjarju li jmiss 2014-2020, Dr Ian Borg ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jaqsmu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom biex fil-futur isir it-titjib meħtieġ

Is-Segretarju Parlamentari, is-Sinjura Maria Leander is-Segretarju Ġenerali tal-European Inverstment Fund u s-Sur John Cassar White Chairman tal-BOV se jiffirmaw il-ftehim għall-estensjoni tal-inizjattiva Jeremie aktar tard llum.

 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott