Minħabba t-temp tieqaf it-tfittxija għall-għaddas irrappurtat nieqes

Minħabba l-kunidzzjoni tat-temp, il-Forzi Armati ta’ Malta issospendiet it-tfittxija għall-għaddas li nhar il-Ġimgħa li għadda kien irrappurtat nieqes fil-bajja tad-Dwejra.

Il-Forzi Armati ilha tfittex lill-Emmanuel Sammut ta’ 43 minn Birkirkara sa minn nhar il-Ħadd li għadda, wara li sar rapport fl-għassa tal-Pulizija tar-Rabat Għawdex li mill-karozza ta’ Emmanuel, li kienet ipparkjata fid-Dwejra, kienet qed toħroġ riħa qawwija ta’ ħut jinten.

It-tfittxija għal Emmanuel Sammut kienet qed issir mill-ajru u fil-baħar. Minbarra s-suldati tal-Forzi Armati, fit-tfittxija kienu qed jieħdu sehem ukoll membri tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili.

Ritratt: AFM