Minħabba l-marda ta’ ommu, Lingard jispiċċa jieħu ħsieb ħutu

L-istilla tat-tim Ingliż Jesse Lingard spjega kif qed jieħu ħsieb lil ħutu waqt li ommu qed tiġġieled marda li ħakmitha. L-attakkant ta’ Manchester United li għad għandu 26 sena qal li l-affarijiet li qed jiġru minn wara l-kwinti jaqsmulu qalbu.

Ommu Kirsty mardet aktar kmieni dan l-istaġun, u hu kellu jgħin fit-trobbija ta’ ħuh Jasper li għandu 14 u oħtu Daisy-Boo li għandha 11-il sena. Lingard għandu wkoll tifla li għad għandha sena. Minħabba dan kollu Lingard mar lura u mhux l-ewwel darba li l-Maniġer ta’ Ole Gunnar Solskjaer ċanfru.

F’intervista mad-Daily Mail Lingard qal li ma kienx qed jilgħab sew u li Solskjaer il-ħin kollu għajnejh fuqu. B’hekk ħaseb li jkun aħjar li jitkellem u jneħħi kollox minn fuq l-istonku u jispjegalu għaliex ma kienx f’postu bħas-soltu.