Il-preżentatur tal-programm Kalamita u Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit beda l-ġurnata tal-lum billi fakkar il-memorja ta’ ommu Helen li ħallietna bħal-lum tliet snin, nhar it-8 ta’ Jannar tal-2018.
“Bhal lum 3 Snin kien l-aktar jum iebes ta’ ħajti meta ommi marret tiltaqa’ mal-Mulej. Ma.. inħobbok u mingħajrek xejn ma baqa’ l-istess,” kiteb hu.
L-imħabba ta’ Alfred lejn ommu hi waħda evidenti għax ifakkarha mhux biss fl-anniversarju tal-ġurnata li ħallietna, iżda wkoll f’Jum l-omm, f’għeluq ninu u sninha u f’kull okkażjoni possibbli.
Il-funeral tagħha kien sar fl-10 ta’ Jannar fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.
Strieħ fis-sliem!