Mingħajr ma jaf kien ipoġġi fuq gverta li tiswa €1.3 miljun

Raġel b’diżabilità minn Kalifornja kien qiegħed ipoġġi fuq gverta li tiswa aktar minn 1.3 miljun Ewro.
Ir-raġel bl-isem ta’ Big L. T. ilu ħafna jsibha diffiċli biex jgħix fuq il-benefiċċji soċjali minħabba id-diżabilità li għandu. Hu tilef siequ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Big L. T. kien qed jara programm televiżiv meta nduna li l-gverta li kienu qed jitkellmu dwarha kienet tixbaħ ħafna lil tiegħu.
Filatt, il-gverta li kellu hu kienet għaddiet għandu mill-ġenerazzjonijiet l-oħra tal-familja tiegħu u hi gverta First-Phase Chief tas-seklu 19.
Meta ikkonferma li l-gverta tiegħu kienet ta’ valur tant kbir, Big L. T. ddeċieda li jbiegħha.
Il-gverta kienet stmatha li tinbigħ bejn €75,000 u €150,000 iżda waqt l-irkant, il-gverta spiċċat inbiegħhet għal mhux anqas minn 1.3 miljun Ewro.