Minflok Spanja bi żball jispiċċaw il-Karibew!

Dentist fl-Istati Uniti qed ifittex lil British Airways għad-danni wara li qata’ l-biljetti għal Granada fi Spanja u spiċċa fi Grenada fil-Karibew.
Seba’ sigħat wara li suppost kellhom jinżlu Spanja, Edward Gamson u s-sieħba tiegħu kienu għadhom fuq l-ajruplan. 
Gamson irrealizza li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu, għax x’ħin iċċekkja l-mappa elettronika fuq is-sistema tal-ajruplan irrealizza li kienu sejrin fid-direzzjoni l-ħażina.
Fl-ilment legali tiegħu, Gamson qed jgħid li ma setax jiċċekkja d-dettalji tad-destinazzjoni fuq il-biljett tal-ajru, għax dan ma kienx jinkludi n-numru tal-ajruport, id-destinazzjoni u lanqas it-tul tal-vjaġġ.
Sostna li hu kien għamilha ċara mal-aġent li ried imur Granada u mhux Grenada.