Minflok l-ilma jagħtu d-demm

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jorganizza attività ta’ għoti tad-demm, hekk kif fl-aħħar ġimgħa, saru bosta sejħiet mis-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm.
L-attività se ssir bejn għada u l-Ħadd li ġej, mit-8am sas-6pm fiċ-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa u se tkun miftuħa għall-pubbliku.
Kull min jixtieq jagħti d-demm irid jieħu miegħu l-karta tal-identità qabel ma jagħmel dan.
Minkejja dan, l-impjegati kollha tad-Dipartiment ma jistgħux jagħtu d-demm waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom.