Minflok irċevew rigali, taw donazzjonijiet lill-NGOs

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-maniġment ta’ MAPFRE Middlesea taw donazzjoni sostanzjali, minflok irċievew rigali għall-istaġun tal-festi.
Din is-sena, il-kumpanija ddeċidiet li tagħżel żewġ kawżi partikolari. Parti mid-donazzjoni marret għas-Soċjetà Maltija tad-Dimensja, u l-parti l-oħra ingħatat lis-St Andrew’s Food Bank.
Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea, Felie Navarro, qal kif b’dan il-ġest żgħir jixtieq juri l-aprezzament kbir lejn ix-xogħol kollu li jagħmlu dawn l-organizzazzjonijiet.
Tul l-2018, il-kumpanija qed tikkommetti li tikkollabora ma’ numru ta’ NGOs lokali sabiex tassisti xi proġetti tagħhom.