Mincemeat għall-mincepies

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Ingredjenti:

  • 240gr suet imqatta
  • 240gr tuffieħ
  • 240gr sultana
  • 240gr passolina
  • 240gr żbib
  • 120gr konfettura mqatta
  • 240gr zokkor
  • 8gr mixed spice
  • 50gr intrita pura
  • 150ml rum jew brandy

Metodu:
1. Qiegħed is-suet ġo skutella kbira.
2. Qaxxar u qatta t-tuffieħ f’biċċiet żgħar ħafna.  Żidu mas-suet.  Ħawwad tajjeb.
3. Ma’ din it-taħlita żid il-bqija tal-ingredjenti kollha minbarra x-xorb.  Ħawwad tajjeb.
4. Żid ix-xorb u erġa ħawwad.  Biex tħawwad dejjem trid tuża mgħarfa tal-injam.
5. Għatti l-iskutella tajjeb bl-istretch and seal u sarvetta.  Żomm l-iskutella fil-kċina għal jumejn.  Importanti li l-iskutella ma tkunx qegħda f’post sħun; iżda ma tridx titpoġġa fil-friġġ.
6. Ipprepara l-vażetti li tkun se timla bil-mincemeat.  L-aħjar li tuża vażetti tal-ġamm u li jkunu jagħlqu tajjeb.  Trid taħslihom u tnixxifhom tajjeb.  Biex tkun żgur li nixfu tista tagħmilhom ftit fil-forn.
7. Imla l-vażetti bil-mincemeat.  Importanti li timlihom sa fuq nett.
8. Aqta biċċa karta tal-forn daqs il-wiċċ tal-vażett.  Poġġiha fuq il-mincemeat u għalaq il-vażett tajjeb.
9. Ma tridx tuża l-mincemeat qabel 30 ġurnata.
10. Jekk ikun qiegħed f’post tajjeb, tista żżommu għal żmien twil.  Kulltant tkun trid iżżidlu ftit xorb.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK