Mince pies b’mincemeat tradizzjonali

Ritratt: Tanya Zammit

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti għall-mincemeat

Din it-taħlita tista’ ssir qabel jidħol l-istaġun tal-Milied u poġġuta f’vażetti sterelizziti u magħluqa sew, u b’hekk it-togħmiet tagħha jimmaturaw.

250g żbib

375g passolina

100ml brandy

qoxra maħkuka ta’ lumija

meraq ta’ nofs lumija

300g suet

250g zokkor ismar

85g konfettura mqattgħa

nofs noċemuskata maħkuka

1 tuffieħa mqaxxra u maħkuka                                                    

Metodu

Xarrab il-żbib u l-passolina fil-brandi u l-meraq tal-lumi għal siegħa sakemm jeħxienu mbagħad  saffihom u poġġi l-brandi fil-ġenb.

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien fl-ordni mogħtija mbagħad ferragħ l-brandi meta kollox ikun imħallat sew.

Jekk mhux se tuża l-mincemeat mill-ewwel, itfgħu f’vażetti sterilizatti u agħlaq l-għatu sew.

Ingredjenti għall-għagina tal-mince pies

Ingredjenti

500g dqiq

3 mgħaref zokkor

270g marġerina

2 bajdiet imħabbta

qoxra ta’ lumija

kuċċarina essenza tal-vanilla

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 250˚Ċ.

F’bieqja ħawwad il-marġerina mad-dqiq. Żid iz-zokkor u ħaddimhom flimkien.

Żid il-bajd, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-vanilla u ħaddimhom sew flimkien.

Ħalli l-għaġina tistrieh għal nofs siegħa.

Iftaħ l-għaġina u aqta’ f’forma ta’ ċrieki b’cutter.

Fuq l-għaġina maqtugħa itfa’ kuċċarina mincemeat u poġġi  fuqha l-għaġina maqtugħa biex tagħlaqha. Aħmi għal 7 minuti.