Mince Pies b’mincemeat bla xaħam

Riratt: Tanya Zammit

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Din it-taħlita tista’ ssir qabel jidħol l-istaġun tal-Milied u poġġuta f’vażetti sterelizzati u magħluqa sew, u b’hekk it-togħmiet tagħha jimmaturaw.

Ingredjenti

200g sultana

200g tuffieġħ imqaxxar

200g passolina

200g żbib

50g lewż

qoxra maħkuka ta’ nofs lumija

meraq ta’ nofs lumija

kuċċarina mixed spice

4 mgħaref brandy

Ħallat flimkien l-ingredjenti kollha.

Ħu nofs it-taħlita u aħdimha ġo blender. Żidha mal-kumplament tat-taħlita.

Jekk mhux se tuża l-mincemeat mill-ewwel, itfgħu f’vażetti sterilizatti u agħlaq l-għatu sew.

Ingredjenti għagina tal-mince pies

Ingredjenti

500g dqiq

3 mgħaref zokkor

270g marġerina

2 bajdiet imħabbta

qoxra ta’ lumija

kuċċarina essenza tal-vanilla

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 250˚Ċ.

F’bieqja ħawwad il-marġerina mad-dqiq. Żid iz-zokkor u ħaddimhom flimkien.

Żid il-bajd, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-vanilla u ħaddimhom sew flimkien.

Ħalli l-għaġina tistrieh għal nofs siegħa.

Iftaħ l-għaġina u aqta’ f’forma ta’ ċrieki b’cutter.

Fuq l-għaġina maqtugħa itfa’ kuċċarina mincemeat u poġġi  fuqha l-għaġina maqtugħa biex tagħlaqha. Aħmi għal 7 minuti.

Riratt: Tanya Zammit