Mina tagħlaq 80 sena

Mina

Ix-xena mużikali Taljana llum qed tiċċelebra għeluq it-80 sena tal-kantanta Mina. Twieldet bħal-lum il-25 ta’ Marzu tal-1940.

Isimha proprju huwa Anna Maria Mazzini u kienet figura dominanti fix-xena mużikali Taljani fis-Snin 60 u fis-Snin 70. Il-vuċi b’saħħitha tagħha wasslet biex ilaqqmuha ‘t-Tigra ta’ Cremona’. Is-suċċess tagħha infirex f’bosta pajjiżi fosthom fil-Ġermanja u fil-Ġappun. Fl-1962 kienet ukoll fil-klassifika tal-Billboard flimkien ma’ Gino Paoli permezz tad-dwett The World We Live In.

Fl-1978 Mina waqfet milli tagħmel dehriet pubbliċi. Dan però ma waqqafhiex milli tkompli toħroġ materjal mużikali bl-aktar wieħed riċenti sentejn ilu bl-isem ta’ MAEBA li spara fil-quċċata tal-klassifika Taljana tal-albums.

Għal dan il-jum speċjali ta’ għeluq it-80 sena tagħha, kienu bosta l-artisti Taljani li minn darhom wasslulha messaġġi ta’ awguri permezz ta’ filmati fuq il-midja soċjali.