Mina bejn Malta u Għawdex: “Il-PN għamel u-turn” – Muscat; “Dejjem konna konsistenti” – PN

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel U-turn fuq il-mina, bil-Partit Nazzjonalista jwieġeb fi stqarrija li dan ma kienx minnu.

AQRA: Filmat: ‘Qabel il-Maltin kienu jmorru l-Awstralja, issa l-barranin jiġu hawn’ – Muscat

Waqt attività politika f’Ħaż-Żebbuġ Muscat irrefera għad-dibattitu li kellu jixxandar iktar tard matul il-jum tal-Ħamis bejn iż-żewġ mexxejja, u sostna li l-Partit Nazzjonalista kien biddel fehmtu dwar il-mina. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista jirreaġixxi fi stqarrija għal din id-dikjarazzjoni.

AQRA: L-ewwel dibattitu bejn Muscat u Delia

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li huwa jibqa’ konsistenti dwar il-prinċipju ta’ konnettività adegwata bejn Malta u Għawdex iżda qatt ma ta carte blanche lill-Gvern li jagħmel il-mina qabel ma jiġu ppubblikati l-istudji kollha. Il-Partit Nazzjonalista saħaq li jrid proċess serju bid-diskussjonijiet mal-partijiet kkollha. Il-PN spjega li dan għandu jsir fl-aħjar interess tal-gżira ta’ Għawdex u l-Għawdxin kif ukoll is-sostenibilità ambjentali u l-governanza tajba.

AQRA: Il-Parlament japprova unanimament il-proġett tal-mina

Il-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Oppożizzjoni ressqet l-emendi għall-mozzjoni tal-Gvern dwar il-mina u ntalab biex jiġu ppubblikati l-istudji li diġà kienu tlestew filwaqt li dawk li għadhom mhux lesti jiġu ppubblikati ġaladarba dawn jitlestew.

AQRA: Filmat: Ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba – NGOs dwar il-mina

AQRA: Protest ġudizzjarju mill-NGOs għall-pubblikazzjoni tal-istudji dwar il-mina