Min se jwaqqaf il-mixja trijonfali ta’ Manchester City?

Manchester City għamlu pass ‘il quddiem sabiex ikunu champions għal dan l-istaġun meta għelbufid-derby lil ManchesterUnitedbl-iskor ta’ 2-1.
Id-distakk bejn ic-City u l-United issa tela’ għal ħdax-il punt u huwa ferm diffiċli li t-tim ta’ Jose Mourinho jilħaq lil dak ta’ PepGuardiola.
Dan id-derby kien miżgħud minn żbalji kruċjali, fawls koroh u ħafna kontroversja għalkemm ManchesterCity kellhom xi ħaġa iktar minn ManchesterUnited.
Din it-telfa kompliet tkabbar id-distakk bejn il-manager Portugiż u dak Katalan hekk kif dan tal-aħħar rebaħ lil TheSpecialOne disa’ darbiet f’kull kompetizzjoni.
Diversi kritiċi qed isostnu li ser tkun ferm diffiċli illi xi ħadd jista’ jwaqqaf il-mixja trijonfali li għaddejjin minnha s-City.