Min se tkun l-ewwel mistiedna ta’ Jessica u Johan?

Jessica and Johna
Jessica Azzopardi & Johan Mifsud

Mil-lum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Net se jibda jitwassal il-programm Dak Żmien Ħelu fil-kumpanija ta’ Johan Mifsud u l-attriċi Jessica Azzopardi li bħalissa qed narawha fis-sensiela Division 7.

Il-programm huwa mmirat għall-familja kollha u ma’ Johan u Jessica se naraw ta’ kull ġimgħa personalità u flimkien magħhom se nmorru lura fiż-żmien għal meta l-personalita mistiedna kienu għadhom iżgħar fl-età.

Permezz ta’ logħob divertentii u waqtiet komiċi, insiru nafu aktar mill-qrib lill-istess personalità u t-tfulija tagħha u ċ-ċirasa fuq il-kejk se tkun is-sorpriża tal-aħħar.

F’kull programm se niskopru wkoll xi talenti li l-mistedna ta’ Johan u Jessica għandhom.

Għall-ewwel programm tagħhom, Jessica u Johan se jkollhom lill-kantanta u attriċi Julie Pomorski.

Il-programm għandu direzzjoni ta’ Joanne Tanti li wkoll qed tipproduċi dan il-programm.