Min se jżur lin-nannu Ċens?

Is-sensiela Ġrajjiet in-Nannu Ċens se tkun qed tispiċċa llum bl-aħħar puntata tixxandar fuq l-istazzjon One fis-7pm.

Dan l-episodju hu kitba oriġinali ta’ Dominic Said, bil-permess tal-awtur Trevor Żahra. Dan ifisser li dan li ser taraw mhu ser issibuh fl-ebda ktieb mill-ġrajjiet tan-nannu Ċens! Il-produzzjoni hija ta’ Mixta Drama.

Illum in-nannu Ċens se jmur iżuru xi ħadd speċjali ħafna għalih. Għan-nannu Ċens din tkun ġurnata mbierka… ġurnata li n-nannu jħossu l-ġenna. Imma mnn hi din il-persuna? U għaliex se żżuru? 

Għaliex se jibki n-nannu Ċens meta din il-persuna tgħidlu li sarilha l-ħin biex tmur?

Kull ma nistgħu ngħidulkom hu li din kellha messaġġ importanti ferm għalih!