Min se jżur lil Karl?

Vince Micallef Pulè bħala Karl

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Sandra u Saviour jiltaqgħu biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tagħhom. Tgħid se jaslu għal xi tip ta’ soluzzjoni?

Brenda tixtieq tkellem lil Karl u għalhekk tiddeċiedi li tmur id-dar tiegħu filwaqt li Sandra tmur għand Frank biex tirringrazzjah u tgħidlu li għalkemm kienet aċċettat ir-rigal tiegħu ma kienet se tgħid xejn lil Saviour.

Iżda Frank x’għamel?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.