Min se jqajjimkom mit-Tnejn filgħodu?

Read in English.

Minn għada s-7 ta’ Settembru, l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart se jibda skeda ġdida fjamanta.

Bħalma qal il-Maniġer tal-Istazzjon Arthur Caruana fuq Newsbook Q&A, din l-iskeda ġiet iddisinjata b’tali mod li tolqot dak li jridu jisimgħu s-semmiegħa llum il-ġurnata. “Programmi ġodda, uċuħ ġodda, u kunċetti ġodda,” spjega Arthur.

103 Breakfast

Il-103 Breakfast se jibda fuq nota pożittiva ma’ Ron Briffa, wiċċ (u leħen) li mhumiex ġodda fuq 103. Fuq Newsbook Q&A, Ron stqarr li 103 għandu ċerta maġija li tibqa’ tiġbdu lejn dan l-istazzjon. Il-programm tiegħu jibda fis-6am, u flimkien ma’ Jes Saliba, se jibda jakkumpanja lis-semmiegħa sat-8am.