Min se jmur iżur lill-Madre fil-kunvent?

Martha tmur fl-uffiċju ta’ Etienne biex tkellmu. X’riedet tgħidlu? Tgħid Chris dejjaqha daqshekk li se jkollha tirriżenja? X’jaħseb Etienne għal dak li se tgħidlu? Min se jċempel lil Chris?

Decelis iċempel lil Madre. X’se tgħidlu? Xi ħadd se jmur sal-kunvent. Min? X’se jiġri? U kif se tirreaġixxi l-Madre?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, b’repetizzjoni l-għada fl-10.15am. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.