Min se jmur id-dar ta’ Karl?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw min se jmur id-dar ta’ Karl. Lil min se ssib u u x’se tagħmel?

Brenda kienet ċemplet lil Karl biex jerġa’ lura d-dar b’urġenza. X’kien ġara? X’se tgħidilha lil Valentina u Karl kif se jirreaġixxi? Xi spjegazzjoni se ttih Valentina? Se jemminha jew le?

Insiru nafu kif kienu ġraw tassew il-fatti.

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Channel 315. Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Everlyn Saliba La Rosa.