Min se jmur id-dar għand Maxine?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle, Vince reġa’ mar lura d-dar. X’qalilha lil Maxine? Min mar id-dar tagħhom u għaliex Maxine ma ħaditx pjaċir bil-vista? X’beħsiebha tagħmel?

X’għamlet Angela? Lil min marret tkellem? Kelly ċemplet lil Pat. X’qaltilha dwar Vince?

Sorelle jixxandar fuq TVM fl-3.40pm b’repetizzjoni llejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. L-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru nhar is-Sibt mill-11am ‘il qudiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.