Min se jmur għand Etienne?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, John ikellem lil Frank u lil Etienne dwar l-arranġamenti li offrewlu fuq il-mediċina neċessarja għall-fejqan tas-San Luciano Syndrome. X’se jgħidlu? Tgħid lesti li jgħinuh fl-investiment li hemm bżonn?

Sarah ċċempel lil Gloria. X’se tgħidilha?

Karl jinsab irrabjat għal Valentina. Għaliex u lil min ċemplet meta telaq ‘l barra? Etienne ikollu laqgħa. Min se jmur għandu eżatt qabel ma ħareġ?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.