Min se jkunu l-aħjar ħaddiema għall-2018?

l-aħjar ħaddiema 2018

Infetħu n-nominazzjonijiet onljan għas-seba’ premijiet fl-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2018. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. B’kollox hemm seba’ kategorji li għalihom jistgħu jiġu nnominati ħaddiema, min iħaddem, teams u entitajiet jew korporazzjonijiet jew kumpaniji fis-settur pubbliku jew privat.

In-nomini jinsabu fuq is-sit tal-istess Ministeru. Ir-rebbieħa se jitħabbru fis-serata finali li se tittella’ fit-30 ta’ Novembru.

Il-kategoriji huma:

  • Il-Ħaddiem Mudell tas-Sena
  • It-Team tas-Sena
  • Il-Manager tas-Sena
  • L-Employer tas-Sena
  • L-iktar kumpanija li tħaddan l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol
  • L-iktar kumpanija li toffri miżuri family-friendly lill-ħaddiema
  • Il-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2018