Illejla fuq l-istazzjon Net se jitwassal it-tielet episodju mill-ewwel staġun ta’ Santa Monika li oriġinarjament intwera f’Ottubru 2005.
Jessie ssib ruħha mill-ġdid f’Santa Monika. Joanne tkompli tieħu interess fil-ġrajja ta’ Cynthia. X’inhu l-iskop tagħha?
Niskopru aktar dwar Miss Catherine u l-imgħoddi tagħha. Samantha tkompli toħroġ bil-moħbi ta’ missierha.
Iżda lejl minnhom ikun qed jistenniha. X’se jkun qed jiġri?
Santa Monika jixxandar nhar ta’ Erbgħa fid-8.45pm fuq Net.