Min se jkollu kappillan ġdid f’Mejju?

Luke Zerafa

Il-Ħadd 5 ta’ Mejju fis-6pm, l-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed imexxi Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun Joseph Grech bħala Kappillan ġdid tal-Paroċċa ta’ Ħ’Attard.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju, fid-9am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Vallettta,  l-Arċisqof se jkun jiċċelebra Quddiesa li matulha ħames seminaristi se jkunu qed jiġu ordnati djakni. Din il-Quddiesa se tkun qed tixxandar live fuq il-youtube channel tal-Knisja.

Aktar attivitajiet tal-Arċisqof matul ix-xahar ta’ Mejju

Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu, fil-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.

Il-Ħadd 5 ta’ Mejju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‐festa ta’ San Publiju, il‐Furjana.

It-Tnejn 6 ta’ Mejju, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jirċievi l-wegħda taċ-ċelibat ta’ ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.

Il-Ħamis 9 ta’ Mejju, fis-6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-275 sena mid-dedikazzjoni tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun.

Is-Sibt 11 ta’ Mejju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq.

It-Tnejn 13 ta’ Mejju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li tinkludi s-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Kulleġġ Santa Tereża Skola Primarja, Birkirkara.

L-Erbgħa 15 ta’ Mejju, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq it-300 sena mill-mewt ta’ San Ġwann Battista De La Salle, fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke, li matulha jamministra s-Sagrament tal-Griżma u jagħti l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju, fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek l-istudios il-ġodda ta’ Radju Marija, ir-Rabat.