In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili ppubblikat il-lista tal-kelliema għal waqt id-dimostrazzjoni nazzjonali #Ġustizzja li se tkun qed ssir għada wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.
Id-dimostrazzjoni ser tigi indirizzata minn:
- Jacques Rene Zammit,
- Jurgen Balzan,
- Andrew Borg Cardona,
- Claudia Taylor East u
- Josef Vella
Id-dimostrazzjoni tibda fl-4pm f'GĦar id-Dud/ix-Chalet, u ser timxi lejn Triq Amery, Tas-Sliema, qrib fejn trabbiet Daphne Caruana Galizia.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qed jinsisti għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, u li s-sostituti tagħhom jinħatru b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-parlament.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qed jinsisti wkoll għar-rifoma kostituzzjonali.
Il-pubbliku qed ikunu mistieden jieħu miegħu sfafar u tnabar, kif ukoll weraq tar-rand, li huma simbolu ta' saħħa u qlubija.
Sadanittant, in-Netwerk nieda t-Timer "Qed Nistennew Ġustizzja."