Min se jirbaħ l-Oscars din is-sena?

Bħalissa għaddejjin l-aħħar ftit preparament hekk kif fi ftit sigħat oħra mistenni jibda l-avveniment tal-Oscars f’Hollywood, f’Kalifornja.
Għas-87 darba, atturi, diretturi u kittieba tal-films minn madwar id-dinja jinġabru f’post wieħed biex jaraw minn rebaħ l-aktar premji prestiġjużi, dawk tal-aqwa film, l-aqwa attur jew attriċi, kif ukoll l-aqwa direttur.
Fost il-films innominati hemm The Theory of Everthing, The Imitation Game, American Sniper u Selma.
L-atturi favoriti għal rebħa huma Steve Carell, Benedict Cumberbatch, Reese Witherspoon u Julianne Moore.
L-attur Neil Patrick Harris se jkun qed jippreżenta s-serata.