Min se jirbaħ l-elezzjoni għall-Kap tal-PN?

Read in English.

Matul l-ewwel parti tal-programm ta’ diskussjoni Andrew Azzopardi on 103, li xxandar illum is-Sibt 19 ta’ Settembru fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart, bejn l-10am u 12pm, ġiet analizzata l-elezzjoni għall-kap li qed issir fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Flimkien mal-mistiedna Sergio Mallia, Joseph Herbert, Ralph Cassar, Laurence Grech u l-Ewroparlamentari Dr Miriam Dalli, Prof. Azzopardi jiddiskuti għaliex dan il-proċess huwa importanti mhux biss għall-PN imma wkoll għall-ħarsien tad-demokrazija u biex iservi ta’ kontro-bilanċ għall-Gvern.