Min se jieħu s-siġġu ta’ Karmenu Vella fil-Parlament?

Wara l-vot favur il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, Karmenu Vella issa hu mistenni jirriżenja mis-siġġu Parlamentari tiegħu. Dan sabiex jibda jaqdi d-doveri tiegħu bħala Kummissarju Ewropej.
B’kollox hemm sitt kandidati li jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni kawżali biex jieħdu s-siġġu ta’ Karmenu Vella fil-Parlament. Minkejja li l-Perit Vella kien irriżenja mill-kariga ta’ Ministru, hu kien żamm is-siġġu Parlamentari sakemm in-nomina tiegħu ġiet approvata.
Għall-elezzjoni kawżali, li trid issir fil-ħames distrett, jistgħu jikkontestaw Robert Henry Bugeja, Mario Calleja, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Marion Mizzi u Anthony Zammit.