Min se jieħu post Dalli fil-Parlament? Micallef fost l-interessati

Erba' nomini ppreżentati

Erba’ kandidati tal-PL tefgħu n-nomina tagħhom biex jiksbu siġġu fil-Parlament wara r-riżenja tal-eks Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli. Fosthom hemm il-kandidat Jean Claude Micallef.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li b’kollox ġew ippreżentati erba’ nomini għall-elezzjoni każwali tal-membru parlamentari fit-tielet distrett.

Dawn huma:

  • Calleja Mario
  • Micallef Edric
  • Micallef Jean Claude
  • Muscat Sebastian

L-għadd tal-voti biex jimtela post Dalli se jsir nhar l-Erbgħa fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. L-għadd jibda fid-9 ta’ filgħodu.

Dalli rreżenjat wara li ġiet nominata mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex tkun Kummissarju Ewropew.