Min se jħossu dahru mal-ħajt illum waqt Sorelle?

Sorelle

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle se naraw lil Vince ikellem lill-Maġġur dwar it-telefonata li kienet irċeviet Maxine. X’se jagħmlu? Janine tmur għand Matthew. Dwar xiex se jitkellmu? Għaliex Janice tieħu qatgħa b’dak li se jgħidilha?

Vince imur il-ħabs biex jara lil Leo. Għaliex f’mument minnhom iħossu daharu mal-ħajt b’dak li se jgħidlu Leo?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am, dejjem fuq TVM. L-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.