Min se jċempel lil Karl?

Vince Micallef Pulè bħala Karl

Aktar intriċċi fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa hekk kif naraw Adam x’se jgħid lil Etienne Miller dwar il-ktieb li xtaq jippubblika. Manwel Laferla imur għand Gloria u jitkellem dwar il-passat tagħhom. X’se jgħid dwar id-dokumenti li kienet ħaditlu?

U Gloria x’kienet għamlet minħabba fih? Kien apprezza jew le? Min se jċempel lil Karl u x’se jwissieh?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Meliat More, Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.