Min rebaħ il-midalji fl-għawm fl-edizzjoni tal-Logħob tal-Istati Żgħar?

Andrew Chetcuti, Alexandra McGonigle, Harry Stacey, Matthew Galea u Andrew Chetcuti irnexxielhom jirbħu l-midalji tal-fidda fil- 50m Butterfly, 50m Breastsroke, 100m Freestyle, 4x100m Freestyle Open u l-4×200 Freestyle rispettivament. Mikhail Umnow irnexxielu jirbaħ żewġ midalji tal-bronż fil-100m u t-200m Butterfly filwaqt li Mya Azzoppardi ħadet il-midalji tal-bronż fit-200m Individual Medley, 4x100m Freestyle u 4x200m Freestyle.

It-tim, taħt il-gwida tal-Coach Nazzjonali Artem Goncharenko, assistit minn Grant Kritzinger u Catalin Stan, kien immexxi mill-President tal-ASA Joe Caruana Curran. Filwaqt li l-Maniġer tat-Tim kien David Bonello.

It-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa saret bejn is-26 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju ġewwa l-Montenegro. Il-Kompetizzjoni tal-Għawm saret bejn it-28 u t-30 ta’ Mejju u kienet tikkonsisti fi tliet sessjonijiet wara nofsinhar u Finali Diretti.