Min qed jistenna rigal din is-sena?

rigal Milied
babywise.life

Is-sena 2020, sena differenti, Milied differenti.

Din is-sena d-dinja ffaċċjat pandemija li ġabet magħha diffikultajiet u realtajiet ġodda għal kull sfera tas-soċjetà.

Għalkemm dan il-Milied mistenni jkun wieħed differenti għax iċ-ċelebrazzjonijiet tas-soltu mhumiex permessi, xorta waħda tista’ ssir karità ma’ min għandu bżonnha. Ġest ta’ karità jista’ jferraħ lil dak li jkun u jfakkru li mhuwiex waħdu.

Allura min qed jistenna rigal?

  • L-anzjani li din is-sena ġarrbu s-solitudni minħabba l-pandemija
It-tfal f'pajjiżna jistgħu jserrħu moħħhom li r-rigali tal-Milied se jitqassmu xorta minkejja l-pandemija.

Dan huwa messaġġ importanti għat-tfal kollha f'pajjiżna.#Milied 2020 se jkun differenti, imma speċjali. Huwa Milied 🎄 b'imħabba għat-tfal kollha.Ara l-filmat 👇🏻 Lydia Abela

Posted by MaltaGov on Sunday, December 20, 2020
  • Rigal bi Mħabba – Milied għat-Tfal Kollha – Inizjattiva ta’ mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, fejn jistgħu jitpoġġew rigali, ikunu xi jkunu, taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja biex jingħataw lil tfal fil-bżonn
  • L-Istrina – L-inizjattiva annwali tant għal qalb il-Maltin, din is-sena wkoll b’differenza
  • Il-Festa ta’ Ġenerożità tad-Dar tal-Providenza – fuq it-televixin fl-1 ta’ Jannar

🎄 GIFT A DONATION THIS CHRISTMAS 🎄Why not give a donation on behalf of a loved one this Christmas?Making a donation…

Posted by Dar Tal-Providenza Siggiewi on Saturday, December 19, 2020
  • Maratona ta’ 103 b’risq id-Dar tal-Providenza
Kampanja ta' Newsbook

Ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda. Aqra aktar https://i.newsbook.com.mt/yq3mu5l

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, December 17, 2020
  • Inizjattiva tal-Caritas f’jum il-Milied – dawk li se jkunu waħedhom imħeġġin iċemplu għax se jkun hemm xi ħadd biex jitkellem magħhom
  • Give Hope this Christmas – Inizjattiva mill-istudenti universitarji
Tista’ tgħin s’għada
Tama mill-istudenti għal dan il-Milied
  • Il-qtates abbandunati jeħtieġu d-donazzjoni tiegħek