Min qed jissemma dak li Jodi u Angela qed jgħidu?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se naraw lil Ritienne tmur tiltaqa’ ma’ Angela u ma’ Jodi biex tgħidilhom dak li kienet saret taf fuq it-testment ta’ dawk li mietu f’Dar l-Anġli. Kif se jirreaġixxu?

Min hemm wara l-bieb tal-kamra tas-sodda ta’ Angela jissemma’ dak li huma kienu qed jgħidu?

Jodi tmur tkellem lil Sully. Għaliex se jissorprendiha b’dak li jwissieha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm, b’repetizzjoni fl-istess jum fil-11.25pm u l=għada fis-6.15am. Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jerġgħu jixxandru wara xulxin s-Sibt mill-11am fuq TVM2.