Min qed jiret mingħand dawk li jmut f’Dar l-Anġli?

Din il-ġimgħa se tingħalaq b’aktar intriċċi fis-sensiela Sorelle li tixxandar fit-3pm fuq TVM.

Mirelle, is-segretarja ta’ Frederick, iċċempel lil Bella. Xi trid? Jodi tmur tiġri Dar l-Anġli biex tara s-sitwazzjoni kif inhi. X’se tgħidilhom Lorraine meta ċċempel?

Min hu l-werriet ta’ parti tal-flus ta’ dawk li kienu jmutu f’Dar l-Anġli? Steve imur ikellem lil Norman. X’se jgħidlu? Min hemm jistaħba fil-kamra tal-lukanda tiegħu?

Sorelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber bi produzzjoni ta’ Rewind. Il-puntati kollha ta’ matul din il-ġimgħa jkollhom repetizzjoni għada s-Sibt fil-11am fuq TVM2.