“Min qed jibbenefika mill-assassinju ta’ Daphne?”

Kmieni dalgħodu, fi Triq Reġjonali f’San Ġiljan tela’ sinjal ieħor mill-grupp #reżistenza bħala wieħed minn serje ta’ atti ta’ protesta kontra ‘l mod kif qed jitmexxa l-każ tal-ġurnalista assassinanta Daphne Caruana Galizia.
Fi tweet, l-attivisti staqsew min qed jibbenifika mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Staqsew ukoll ir-raġuni għalfejn il-Pulizija Maltija ma investigatx lill-ebda politikant b’konnessjoni mal-assassinju.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fl-aħħar jiem, il-grupp Occupy Justice komplew is-serje ta’ protesti billi użaw posters minn films ta’ Hollywood u biddlulhom it-titoli u r-ritratti, biex jirreferu għall-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.
Kontroversja sħiħa nqalet wara li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista ntalab imur l-għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta sabiex iwieġeb mistoqsijiet dwar l-allegat użu tal-karozza tiegħu biex jinxterdu l-istess posters.
Dr Busuttil irrimarka li għall-Kummissarju tal-Pulizija jidher li dawn l-allegazzjonijiet huma aktar importanti milli jinterrogaw lill-persuni bħall-Ministru Chris Cardona u ċ-Chief of Staff, Keith Schembri, speċjalment wara n-numru ta’ stejjer b’informazzjoni ġdida li qed joħorġu l-konsorzju ta’ ġurnalisti ta’ The Daphne Project.