Illejla fid-8.45pm l-istazzjon Net se jkun qed ixandar episodju ieħor mis-sensiela Santa Monika, hekk kif ikomplu jixxandru puntati li oriġinarjament intwerew f’Ottubru 2005.
Fl-episodju tal-lejla se naraw kif Samantha trid terfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li ġara. Iżda Connie ma tridx li bintha terfa’ l-ħtija. Tibqa’ determinata li tkun hi li tiġi kkundannata bl-akkużi li kienet hi li qatlet lil Tony. B’hekk bintha tkun tista’ tgħix ħajjitha mingħajr xkiel.
Intant Joanne tintebaħ bl-interess li qed jinbet bejn Henry u Ruth. Kif se tirreaġixxi?
Fl-aħħar nett, min hu dak li qiegħed iqis il-passi ta’ Miss Catherine?