“Min qatel lil Daphne?” Jistaqsu f’Ateni

Tmien xhur wara l-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia, persuni mhux magħrufa waħħlu strixxuni mal-ambaxxata ta’ Malta f’Ateni fil-Greċja bil-mistoqsija “Min qatel lil Daphne?”

Ritratti li ntbgħatu lil Newsbook.com.mt juru numru ta’ strixxuni li twaħħlu mal-ambaxxata bil-lejl.

Intant, il-grupp Malti Kenniesa kompla jipprotesta kontra l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Matul il-lejl, attivisti mhux identifikati waħħlu għadd ta’ strixxuni mal-ġnub tat-toroq ewlenin bil-kliem “we will not be silenced”, “aħna mhux se niġu msikkta”.