Min-nofs Ġunju jerġgħu jibdew il-Quddies fil-knejjes

Kuria

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nofs Ġunju jistgħu jibdew isiru l-Quddies fil-knejjes.

Huwa qal dan waqt li wieġeb għall-mistoqsija tal-ġurnalisti waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Kastilja. Il-Ministru Fearne qal li d-dettalji se jiġu mħabbra fil-jiem li ġejjin mill-Arċisqof Charles Scicluna

Mit-22 ta’ Mejju, il-funerali bdew isiru f’diversi knejjes u anki f’postijiet fuq barra.

Minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-funzjonijiet reliġjużi kollha twaqqfu fit-12 ta’ Marzu li għadda. F’dawn l-aħħar xahrejn, il-quddies ixxandar kuljum fuq it-televixin u online.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn