Min nhar is-Sibt li ġej, il-voti jinġabru mill-għases

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li dawk il-persuni li ma rċevewx id-dokumenti tal-vot, jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità.

Dan jista jsir mis-Sibt 23 ta’ Frar sas-Sibt 2 ta’ Marzu, 2013 bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm.

Fl-aħħar ġurnata, is-Sibt 2 ta’ Marzu, il-ħin tal-għeluq ikun estiż sal-10.00 pm.

Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet tal-Iklin, Lija, Marsaskala, Mellieħa, Pembroke, Pietà, Swieqi, Ta’ Xbiex u Fontana, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.

Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identità.