Min mill-kandidati huwa favur l-abort?

L-NGO Life Network ippublikat stħarriġ tal-opinjoni li għamlet fost il-kandidati li ħerġin għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew aktar tard dan ix-xhar. HIja ppublikat min wieġeb għal kul waħda mis-sitt mistoqsijiet li saru u kif dawn wieġbu.

L-ewwel mistoqsija kienet jekk il-kandidati kienux lesti li jagħtu appoġġ għal leġiżlazzjoni favur l-abort. Wieġbu biss 17 u kollha qalu li huma ma humiex lesti li jagħtu dan l-appoġġ.

 

 

It-tieni mistoqsija kienet dwar jekk jaqblux li għandu jsir kiri tal-ġuf (surrogacy). Tlettax qalu li ma jaqblux filwaqt li erbgħa qalu li jaqblu.

 

 

Mistoqsija oħra kienet dwar jekk il-kandidati humiex lesti li jikkommettu ruħhom li jiddefendu l-liberta’ tal-kuxjenza kif garantita b’mod internazzjonali. Għal din il-mistoqsija sittax qalu iva imma wieħed ħass li ma kien lest għal dan l-impenn.

 

L-aħħar mistoqsija kienet dwar jekk il-kandidati kienu lesti li jappoġġaw l-ewtenażja, jiġiefieri li toqtol lil persuna li tkun qed tbagħti. Kienu ħmistax li qalu ‘LE’ filwaqt li tlieta qalu ‘IVA’