Min juża t-Tallinja Card l-aktar?

MPT

L-adulti kienu l-akbar grupp ta’ nies li użaw it-Tallinja Card matul Lulju u warajhom segwew dawk bil-concession card skont Malta Public Transport.

Ma’ Newsbook.com.mt, kelliema għal Malta Public Transport spjegat id-distribuzzjoni tal-passiġġiera li jużaw it-tallinja card matul Lulju.

Statistika: Malta Public Transport

 

Persuni b’diżabilità jużaw il-Concession Tallinja Card, li hija wkoll disponibbli għal kull min jagħlaq is-60 sena. B’din il-Concession Tallinja Card, passiġġiera jħallsu biss 25c għal kull vjaġġ, b’massimu ta’ 50c kuljum, u €2 fil-ġimgħa.

F’Lulju, il-kumpanija ġarret aktar minn 5 miljun passiġġiera, numru rekord li reġa’ nkiser f’Awwissu. L-aktar ġurnata bieżla tal-kumpanija f’Lulju kien 24 tax-xahar meta vvjaġġaw 190,000 persuna.

X’kienu l-aktar rotot popolari?

Statistika: Malta Public Transport

Il-kelliema qalet ukoll li Malta Public Transport investiet f’numru ta’ karozzi tal-linja biex tkun tista’ toffri vjaġġi aktar frekwenti permezz tat-Tallinja Direct, rotot li joffru servizz dirett bejn l-aktar lokalitajiet popolari f’Malta. “Bħalissa għaddej ukoll il-proġett tat-Tallinja Free Wifi, fejn qed tiġi installata s-sistema fuq il-karozzi tal-linja kollha wara s-suċċess tal-proġett pilota” temmet tgħid il-kelliema.